“Fl-ewwel 100 ġurnata li għalija jfasslu l-pedament tal-leġiżlatura se nagħtu ħafna u ħafna riżultati.” Hekk iddikjara l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela waqt intervista li ta fuq l-istazzjon One.
Il-Prim Ministru qal li l-ewwel messaġġ li ta lill-Kabinett hu wieħed ta’ impenn kbir. “Filwaqt li deħlin għax-xhur tas-sajf, il-messaġġ li bgħatt lill-Ministri, Segretarji Parlamentari, lill-Kapijiet tal-Entitajiet u lin-nies li jaqgħu taħthom, liċ-ċivili li huma s-sinsla tal-ħidma tal-gvern hu wieħed ta’ impenn kbir fl-ewwel 100 ġurnata,” iddikjata l-Prim Ministru Robert Abela.
Tenna li biex wieħed jasal għal dawn ir-riżultati irid ikun hemm ħafna u ħafna mpenn b’ħafna sigħat ta’ xogħol bla waqfien hekk kif ukoll “qiegħed ikollna aktar riżultati ekonomiċi li qegħdin jagħtuna inkoraġġiment.”



