Sunday, June 14, 2026

Il-Parlament se jinfetaħ nhar is-Sibt li ġej… 20 ta’ Ġunju 

Aqra wkoll

Il-Parlament il-ġdid se jkun qiegħed jinfetaħ fl-20 ta’ Ġunju li ġej. Dan il-Parlament se jinfetaħ fl-iqsar żmien wara l-elezzjoni ġenerali… 21 ġurnata. “Dan jibgħat messaġġ ċar ħafna illi se naħarbu niġru fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet. Hemm programm ta’ ħidma li huwa qawwi ħafna,” iddikjara l-Prim Ministru Robert Abela. 

Nibdew bl-ewwel sett ta’ liġijiet li se nressqu ’l quddiem. 

“Il-liġi li tirregola l-għaqdiet volontarji fejn l-għan strateġiku se jkun li nissimplifikaw l-obbligi ta’ rapportaġġ però fl-istess waqt inżommu l-governanza tajba. 

“Abbozz ta’ liġi ieħor li se jieħu prijorità huwa dak li se jara l-ħolqien ta’ Kummissjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem u tad-Drittijiet Ċivili… din se tkun l-ewwel darba li f’pajjiżna se jkollna din il-Kummissjoni… se tkompli timbotta ‘l quddiem żewġ oqsma li huma fundamentali – qasam tad-drittijiet ċivili u tal-protezzjoni tad-dritijeit tal-bniedem,” iddikjara l-Prim Ministru Robert Abela waqt intervista fuq l-istazzjon ONE.

Fl-aħħar jiem kont ixxukkjat 

Waqt l-intervista l-Prim Ministru qal li pajjiżna tul danw l-aħħar snin kien dejjem fl-ILGA, f’dik il-lista ta drittijiet ċivili u bħalissa pajjiżna jinsab it-tieni wara Spanja. “B’din il-liġi li se ngħaddu se nerġgħu niġu l-ewwel,” ħabbar il-Prim Ministru Robert Abela.

“Kieku aħna l-poplu ma tax mandat b’saħħtu lill-Partit Laburista, imma għażel differenti… dik in-narrattiva perikoluża li rajtu fl-aħħar jiem x’kienet se tkun tfisser? Kienet se tfisser rigress totali li bħala poplu wieħed magħqud ħdimna għalih fl-aħħar 13-il sena,” stqarr il-Prim Ministru u mexxej Laburista Robert Abela.

 Il-Prim Ministru qal li se jintbgħat messaġġ ċar b’din il-liġi li se ngħaddu u li dak hu qasam li se nk pli nsaħħuh… li ċ-ċelebrazzjonijiet li jkollna ta’ kull sena se nkomplu niċċelebrawhom b’saħħa kbira. “Dan hu qasam li nemmen ħafna fih. Għalhekk ħtart ministru responsabbli għal dan il-qasam,” kompla jgħid il-Prim Ministru Abela. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport