Sunday, June 14, 2026

TTD 2026: Bidu tajjeb ferm mill-Awstralja

Aqra wkoll

Grupp D – Vancouver

AWSTRALJA……….. 2

TURKIJA……………. 0

L-Awstralja tappnu r-ritorn tat-Turkija fit-Tazza tad-Dinja wara 24 sena billi għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0 fil-logħba tal-ftuħ ta’ Grupp D, f’liema rebħa spikkaw bosta players żgħażagħ hekk kif jidher li l-futur tat-team nazzjonali Awstraljan se jkun wieħed mill-aktar po­żittiv.

Is-Socceroos fetħu l-iskor, fis-27 minuta, meta Nestory Irankunda ikkontrolla ballun fit-tul u temm azzjoni b’xutt mill-viċin … biex kiteb l-istorja billi sar l-iżgħar skorer Awstraljan fit-Tazza tad-Dinja, fl-etá ta’ 20 sena u 125 ġurnata … billi kiser ir-rekord ta’ Brett Holman li skor­ja kontra l-Ghana, fl-2010, fl-etá ta’ 26 sena u 84 ġurnata.

It-Torok għamlu reazzjoni u minkejja li bnew attakk wara ieħor huma sabuha diffiċli biex jinfdu d-difiża Awstraljan … u meta għamlu dan sabu lill-goalkeeper, Patrick Beach, f’burdata mill-aqwa.

Imbagħad, fil-75 minuta, dawn tal-aħħar issiġillaw ir- rebħa meta  Conor Metcalfe qabad ballun f’nofs il-ground, avvanza u fajjar xutt bil-baxx minn barra l-kaxxa u għeleb għal kollox lill-goalkeeper, Ugurcan Cakir.

B’din ir-rebħa, issa l-Awstraljani kienu f’pożizzjoni tajba li jkomplu javvanzaw għall-fażi eliminatorja.

Awstralja: Patrick Beach, Jordan Bos (Aziz Behich 84), Cameron Burgess, Harry Souttar, Alessandro Circati, Jacob Italiano (Jason Geria74), Nestory Irankunda (Nishan Velupillay 61), Paul Okon-Engstler (Jackson Irvine 84), Aiden O’Neill, Conor Metcalfe, Mohamed Toure (Tete Yengi 74) – Coach: Tony Popovic

Turkija: Ugurcan Cakir, Ferdi Kadioglu            , Abdulkerim Bardakci,  Merih Demiral, Zeki Celik (Mert Muldur 81), Hakan Calhanoglu, Ismail Yuksek (Salih Ozcan 81),  Baris Yilmaz (Kenan Yildiz 46), Orkun Kokcu (Yunus Akgun 62), Arda Guler, Kerem Akturkoglu (Deniz Gul 85) – Coach: Vincenzo Montella

Referee: Jesus Valenzuela (Ve­nezwela)

assistenti: Jorge Urrego, Tulio Moreno (Venezwela)

Raba’ Uff.: Kevin Ortega (Perú)

Skorers: N. Irankunda 27; C. Metcalfe 75 (A)

Ammoniti: Y. Akgun (T)

Attendenza: 52,497

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport