Saturday, December 28, 2024

L-ewwel anniversarju mill-mewt ta’ Karmenu Mifsud Bonnici

Aqra wkoll

Illum, 5 ta’ Novembru hu l-ewwel anniversarju mill-mewt tal-eks-Prim Ministru u mexxej Laburista Karmenu Mifsud Bonnici. Hu kien miet fl-età ta’ 89 sena

L-eks Prim Ministru ta’ Malta Karmenu Mifsud Bonnici, ħalla din id-dinja iżda ismu jibqa’ mfakkar u mniżżel fl-Istorja tagħna mhux biss għat-tliet snin li fihom b’integrità u onesta mexxa lil pajjiżna, iżda anke għall-qalb tbaqbaq li kellu favur id-drittijiet tal-ħaddiema, il-foqra u min huwa fil-bżonn.

Dan il-politiku magħruf għall-ġentlomerija tiegħu kien fuq kollox persuna li jħobb it-trejdunjoniżmu fejn b’umiltà kien ħa post Dom Mintoff biex mexxa lill-pajjiżna minn Diċembru tal-1984 sa Mejju tal-1987, liema perjodu huwa meqjus li kien pjuttost turbolenti għax-xena politika lokali.

Mifsud Bonnici kien ħadem spalla ma’ spalla mal-GWU bl-akbar umiltà u intelliġenza, sabiex ikun ta’ sostenn għall-ħaddiema mingħajr qatt ma talab xejn lura. Fil-binja tal-GWU kien magħruf bħala l-“ikona tal-ħaddiema”.

Fost il-ħafna memorji dwar il-ħidma sfieqa tiegħu nsemmu l-kwistjoni tal-liġi industrijali fejn kien oppona bil-qawwa l-idea li ħaddiem jintbagħat il-ħabs għax jistrajkja. Proposta li kienet approvata b’mod unanimu – it-Twaqqif ta’ Tribunal Industrijali u liġi ġdida tax-xogħol.

Ekonomija

Sport