Saturday, December 21, 2024

L-ewwel anniversarju minn meta l-Ħamas wettaq l-attakk fuq Iżrael

Aqra wkoll

Illum jaħbat l-ewwel anniversarju minn meta lgrupp Ħamas li jmexxi l-Medda ta’ Gaża wettaq attakk fuq Iżrael fejn persuni armati daħlu fil-pajjiż u qatlu
mill-inqas 1,200 persuna kif ukoll ħadu 251 ostaġġ.

Minn dakinhar ’il quddiem Iżreal beda attakk aħrax fuq Gaża fejn illum wieħed
jista’ jgħid li spiċċat meqruda għal kollox. Rapporti fil-midja jgħidu li f’sena nqatlu 41,870 Palestinjan kif ukoll aktar minn 97,000 oħrajn spiċċaw midrubin. In-Nazzjonijiet Uniti li tuża informazzjoni mgħoddija mill-Ministru tas-Saħħa ta’
Gaża qalet li bejn it-30 ta’ Settembru u l-4 t’Ottubru nqatlu 187 persuna ħafna minnhom persuni ċivili.

Iżrael iwettaq attakk fuq Moskea u skola f’Gaża… jinqatlu 26 persuna

Il-Ministru tas-Saħħa talGvern tal-Ħamas qal li millinqas 26 persuna spiċċaw
mejtin wara li lbieraħ filgħodu Iżrael wettaq attakk millajru fuq Moskea u skola filMedda ta’ Gaża.

Fl-iskola kien hemm persuni li qegħdin jingħataw kenn fiha wara li kellhom jaħarbu minn djarhom. Minbarra hekk, għexieren ta’ persuni oħrajn spiċċaw
midrubin u kellhom jiddaħlu fl-isptarijiet li baqa’ joperaw f’Gaża.

Min-naħa tiegħu l-militar Iżraelit qal li l-mira tal-attakk ma kinux persuni ċivili, iżda ċentru ta’ kontroll tal-militanti tal-Ħamas. Filmati li qegħdin jintwerew fil-midja internazzjonali juru persuni mimlija demm fil-Moskea, filwaqt li filmati oħrajn juru persuni ċivili fosthom tfal jinħarġu mejtin mill-iskola.

Matul il-ġurnata tal-bieraħ, il-grupp Ħamas qal li dan hu attakk ieħor mill-ajru fuq
persuni ċivili u fil-postijiet fejn seħħew dawn l-attakki ma kienx hemm ċentri ta’
kontroll tal-grupp. Huma qalu li f’dawn il-postijiet kienu qegħdin jingħataw kenn mijiet ta’ persuni li kellhom jitilqu minn djarhom minħabba l-attakki ta’ Iżrael.

Il-Gvern Iżraelit qal li qabel ma bdew l-attakki fuq liskola u l-Moskea nħarġu diversi twissijiet biex persuni ċivili jitilqu miż-żona biex b’hekk kemm jista’ jkun ma jinqatlux persuni nnoċenti.

Iżda, skont Iżreal, il-grupp Ħamas qiegħed juża persuni ċivili bħala tarka umana u
mhux qiegħed iħallihom jitilqu minn żoni fejn ikunu se jsiru l-attakki.

Ekonomija

Sport