Sunday, December 22, 2024

L-ewwel darba li mara qatlet erba’ persuni jew iżjed fi sparatura ġo skola Amerikana

Jillian Peterson, il-kofundatur ta’ Violence Project

Aqra wkoll

Il-persuna li wettqet l-isparatura u qatlet sitt persuni fi skola Kristjana fl-Amerika ġiet identifikata bħala eks studenta tal-istess skola.

Audrey Hale, persuna transgender ta’ 28 sena li għamlet massakru fi skola tal-knisja lbieraħ filgħodu (ħin lokal), xi darba kienet tgħaddi fl-istess skola. Però, s’issa għadu mhux magħruf f’liema sena/snin kienet tattendi hemm, qal il-Kap tal-Pulizija ta’ Nashville, John Drake.

F’kumment li ta l-kofundatur ta’ Violence Project, Jillian Peterson, mal-ġurnal Amerikan The New York Times huwa fisser li għalkemm ġieli kien hemm nisa u bniet li fetħu n-nar f’xi skola, din hija l-ewwel darba li mara rnexxielha toqtol erba’ persuni jew iktar fi skola.

Hale daħlet fl-iskola b’żewġ rifles u pistola. Hija fetħet in-nar fl-ewwel sular u baqgħet tielgħa fit-tieni sular fejn ftit tal-ħin wara rnexxielhom jikkontrollawha l-Pulizija. Mill-ewwel informazzjoni li rnexxielhom jiksbu l-Pulizija rriżulta li Hale kellha mapep dettaljati ta’ din l-iskola.

L-età tal-vittmi tvarja minn disa’ snin sa 61 sena. Fost is-sitt persuni li tilfu ħajjithom kien hemm il-Kap tal-Iskola Katherine Koonce fl-età ta’ 60 sena, tlett itfal ta’ disa’ snin, għalliema u kustodja t-tnejn fl-età ta’ 61 sena.

Ekonomija

Sport