Friday, April 26, 2024

Fil-passat sabet lil Puttinu … illum qed taħdem biex tgħin lill-pazjenti li jsiefru għall-kura f’Londra

Aqra wkoll

Tassew ġest sabiħ li wara li tkun għaddejt minn esperjenzi diffiċli u tkun sibt persuni ta’ spalla għalik, tagħmel l-istess ħaġa magħhom jew ma’ bnedmin oħra li jkun għaddejjin minn ċirkostanzi simili.

Huwa dan li tixtieq tagħmel Martina Fenech, żagħżugħa u eks pazjenta li isimha mhuwiex ġdid fil-qasam tal-midja, hekk kif hija attivista mal-NGO Puttinu Cares. Martina, 11-il sena ilu bbenefikat mill-ġenerożità ta’ Puttinu fejn provdewlha saqaf fuq rasha b’xejn sakemm kienet qed tirċievi l-kura fl-Ingilterra: “Hekk kif tlajt insejt kollox għaliex mhux biss sibna saqaf fuq rasna, iżda sibna komunità Maltija għaddejja mill-istess imrar u għalhekk stajna nkunu ta’ wens għal xulxin,” spjegat iż-żagħżugħa f’messaġġ li ttella’ fuq il-paġna ta’ Puttinu Cares.

Tant hija grata għall-għajnuna li rċeviet, kemm emozzjonali kif ukoll finanzjarja, illi x-xewqa tagħha hija li taħdem biex tgħin lill-pazjenti u l-familji tagħhom: “Bid-donazzjonijiet tal-passat, Puttinu tani d-dinjità billi provdieli dar ’il barra minn xtutna. Illum qed naħdem mat-tim kollu biex nagħtu l-istess dinjità lill-familji preżenti u futuri”.

Sport