Sunday, December 22, 2024

L-ewwel każ ta’ Covid-19 fil-villaġġ tal-Logħob Paralimpiku f’Tokyo

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat ġie reġistat l-ewwel każ ta’ Covid-19 fil-villaġġ tal-Logħob Paralimpiku f’Tokyo, ftit jiem qabel jingħata bidu għal dan il-logħob.

Skont l-ewwel informazzjoni jidher li l-persuna li rriżultat pożittiva li hija atleta u lanqas residenta fil-Ġappun.

S’issa l-organizzaturi rrapurtaw madwar 70 każ ta’ Covid-19 relatati mal-Logħob Paralimpiku fosthom kuntratturi u ħaddiema oħra.

Fil-logħob li mistenni jibda fl-24 ta’ Awwissu mistennija jipparteċipaw mal-4,400 atleta minn madwar 160 tim differenti.

Huma se jkunu qed josservaw il-miżuri bħalma seħħ fl-Olimpjadi u b’hekk se jkun meħtieġ li jsirilhom test kuljum għall-covid, jiġu mitlubin jilbsu l-maskra u anke jżommu d-distanza soċjali waqt li jkunu fil-villaġġ olimpiku.

L-organizzaturi aktar kmieni ddeċidew li ma jħallux spettaturi jidħlu minħabba l-istat ta’ emerġenza li hemm f’Tokyo.

Ekonomija

Sport