Il-leaders tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Boċċi Għaxaq kienu qawwija wisq għal Qormi San Bastjan tant li rebħulhom 21-0 fis-16-il ħarġa tagħhom matul dan l-istaġun.
Msida baqgħu fit-tieni post wara rebħa missielta ta’ 21-17 kontra San Ġwann filwaqt li St Peter’s Żabbar żammew it-tielet pożizzjoni wara li ddominaw lil Birkirkara 21-0.
F’aktar riżultati, Żejtun għelbu lil Żebbuġ 21-16 filwaqt li rebħa oħra kisbuha Żurrieq li għelbu lil Santa Venera 21-11.
Finalment Buġibba kisbu rebħa importanti fil-ġlieda tagħhom kontra r-relegazzjoni hekk kif għelbu lil Lija 21-7.
KLASSIFIKA – L-EWWEL DIVIŻJONI
Għaxaq 15, Msida 13, St Peter’s Żabbar 12, Żurrieq, Żejtun 10, Lija 7, Birkirkara, San Ġwann 6, Buġibba, Santa Venera 5, Qormi San Bastjan 4, Żebbuġ 3.




