Mis-sena 2021 sat-13 ta’ Lulju li għadda, ġew irraportati 1606 każ ta’ vjolenza domestika f’Malta u f’Għawdex.
Dan tħabbar mill-Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima meta kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputata Nazzjonalista Grażiella Attard Previ.
Il-Ministru Grima fil-Parlament qal li fl-2021 sar 110 rapport ta’ vjolenza domestika filwaqt li s-sena ta’ wara kien hemm 124 rapport.
Fl-istess tweġiba, il-Ministru Grima qal li fl-2023 kien hemm 184 filwaqt li dan in-numru żdied sew fl-2024 meta f’dik is-sena kienu saru 425 rapport ta’ vjolenza domestika.
Is-sena li għaddiet in-numru baqa’ jiżdied hekk kien saru 541 rapport fl-għases madwar Malta u Għawdex filwaqt li minn Jannar ta’ din is-sena sat-13 ta’ Lulju kienu diġà saru 222 rapport dwar vjolenza domestika.
