Wednesday, July 22, 2026
Home Internazzjonali Jinqatel saċerdot li dejjem ħadem favur il-paċi fl-Afrika

Jinqatel saċerdot li dejjem ħadem favur il-paċi fl-Afrika

0
2

Father Crépin Martial Monga, li kien jaħdem fid-djoċesi ta’ Bangassou fl-Afrika Ċentrali, spiċċa nqatel minn persuni armati hekk kif għalaq il-knisja u kien sejjer lura d-dar.

Is-saċerdot ta’ 36 sena kien magħruf kemm kien jaħdem għal paċi bejn il-popli u kemm-il darba tkellem fil-miftuħ dwar dan.

Kien fid-29 ta’ Ġunju li għadda meta Fr Monga għalaq il-knsija għall-ħabta tas-6.40pm u kien qiegħed isuq lejn id-dar parrokkjali.

Hawn grupp ta’ persuni fetħu n-nar fuq il-karozza tas-saċerdot fejn intlaqat f’rasu u miet fuq il-post.

Attivisti favur id-drittijiet tal-bniedem, wara li ħarġet l-aħbar tal-qtil tas-saċerdot talbu lill-Gvern tal-pajjiż biex jipproteġi ferm aktar lill-persuni ċivili u anke saċerdoti li qegħdin jaħdmu mal-ifqar fost il-fqar.

Skont rapporti fil-midja, fil-jiem ta’ qabel inqatel Fr Monga kien għammed madwar 175 persuna li kollha kkonvertew għar-reliġjon Kattolika.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here