Fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, id-dejn nazzjonali tal-Gvern kompla jonqos meta mqabbel mal-Prodott Domestiku Gross. L-istess dejn hu ferm taħt il-kriterji stabbiliti mill-Unjoni Ewropea.
Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Istatisika tal-Unjoni Ewropea – Eurostat, wrew kif ir-rata tad-dejn ta’ Malta hi inqas minn 46% meta mqabbel mal-ġid li qiegħed jinħoloq fil-pajjiż. Din ir-rata hi 14% inqas mill-kriterju ta’ 60% stabbilit bir-regoli tal-Unjoni Ewropea.
Fl-istess waqt ir-rata medja ta’ dejn tal-pajjiżi fiż-Żona Ewro hija ta’ kważi 89% tal-Prodott Domestiku Gross. Dan ifisser kważi d-doppju tad-dejn ta’ pajjiżna.
Mir-rapport tal-Eurostat, 14-il stat ieħor fl-Unjoni Ewropea, fosthom il-Finlandja, l-Awstrija, Franza, l-Italja u l-Greċja, attwalment għandhom dejn li jaqbeż il-livell dak permessibbli mill-Unjoni Ewropea.
Il-Eurostat tirraporta li r-rata ta’ dejn ta’ pajjiżna naqset b’nofs punt perċentwali fuq il-kwart ta’ qabel, jiġifieri bejn Ottubru u Diċembru 2025.
