Il-President Ukren Volodymyr Zelensky keċċa wkoll lill-Kap Kmandant tal-Armata Ukrena Oleksandr Syrskyi wara jiem sħaħ ta’ protesti dwar il-pajjiż wara li l-istess President keċċa lill-Ministru tad-Difiża Mykhailo Fedorov.
Il-midja internazzjonali kienet qiegħda tirraporta li bi tkeċċija ta’ Fedorov mill-kariga, qam kunflitt kbir bejn Zelensky u Syrskyi li issa dan il-kunflitt ġie kkonfermat wara li tħabbret it-tkeċċija.
Il-Ministru Fedorov li għad għandu 35 sena kien qiegħed ikollu suċċessi kbar fil-kariga minħabba li organizza l-armata Ukrena biex tiġġieled lit-truppi Russi u anke kien beda kampanja fil-Gvern Ukren biex ma jkunx hemm aktar korruzzjoni.
Fl-aħħar kummenti tiegħu qabel telaq mill-uffiċju Syrskyi kiteb li “hu sab armata li kienet qiegħda l-ħin kollu tiddefendi l-attakki fuqha u llum sentejn wara tinsab fuq l-offensiva… Se nagħti lis-suċċess tiegħu mhux armata li qiegħda tipprova żomm il-linja ta’ difiża, iżda armata li qiegħda tavanza.”




