Wednesday, July 22, 2026
Home Sport Stqarrija mill-Malta FA dwar l-interuzzjonijiet fil-provvista tal-elettriku waqt il-partita Floriana v FC...

Stqarrija mill-Malta FA dwar l-interuzzjonijiet fil-provvista tal-elettriku waqt il-partita Floriana v FC Drita

0
4
Ritratt: Mark Mangion

Fil-partita valida mill-ewwel leg tat-tieni round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Conference League, bejn Floriana u FC Drita (1-1) seħħew diversi interruzzjonijiet fil-provvista tal-elettriku.

Fi stqarrija li ppubblikat il-Malta FA, il-qtugħ tad-dawl kien ikkawżat minn ħsara f’substation fil-viċinanzi, li affettwat diversi żoni, fosthom Ta’ Qali. Minħabba din il-ħsara kellu jintuża generator, li wkoll sab diffikultajiet biex jaħdem b’mod stabbli minħabba t-temperaturi għoljin.

Minkejja dawn l-isfidi u l-interruzzjonijiet li seħħew f’aktar minn okkażjoni waħda lejn l-aħħar tal-partita, din il-logħba setgħet titkompla u tintemm bl-użu tal-generator.

Huwa importanti li jiġi ċċarat li l-ebda waħda minn dawn l-interruzzjonijiet ma kienet ikkawżata minn ħsara fil-floodlights tas-Centenary Stadium. Il-kawża kienet relatata ma’ servizz estern tal-provvista tal-elettriku u għalhekk kienet kompletament barra mill-kontroll tal-Malta Football Association (Malta FA).

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here