Monday, April 22, 2024

Il-komiku Britanniku Sean Lock imut fl-età ta’ 58 sena

Aqra wkoll

Il-komiku Britanniku Sean Lock miet l-età ta’ 58 sena wara battalja mal-kanċer, li ġġilidha ’l bogħod mill-għajn tal-midja. Stqarrija maħruġa mill-familja tiegħu kienet tgħid li huwa miet fid-dar tiegħu mdawwar ma’ familtu. Huwa se jibqa’ mfakkar bħala wieħed mill-aqwa komiċi li qatt ipproduċa r-Renju
Unit. 

Kienu bosta dawk li taw il-kondoljanzi tagħhom mill-familja u esprimew id-diqa għal din it-telfa, fosthom Ricky Gervais fejn fuq twitter huwa ddeskiva lil Lock bħala wieħed mill-iktar komiċi influwenti tal-ġenerazzjoni tiegħu. 

Lock ħalla warjah lil martu Anouskha Nar Giltsoff u tlett itfal.

Sport