Minn Kenneth Vella
Meta l-Ħadd fil-Marsa saret it-tmien laqgħa tas-sena fuq disa’ tiġrijiet kollha tat-trott kien hemm it-tkomplija tal-kampjonat Assikura għal żwiemel tal-klassi Bronze fuq distanza qasira ta’ 2140m. Dan permezz ta’ ħames heats oħra li minnhom għoxrin żiemel għaddew għas-semifinali. Saret ukoll tiġrija normali tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m u li ntrebhet minn Valentino Strix misjuq minn Ludvic Ghigo.
Ħmistax-il żiemel ħadu sehem fit-tiġrija Premier. Hawnhekk Crusoe d’Anama (Charles Camilleri) kien l-aktar b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u wara ftit metri fetaħ vantaġġ żgħir minn Casanova Du Corta (Cliferty Calleja) u Abercrombis (Paul Galea). Madankollu 400m mit-tmiem, Crusoe d’Anama beda jnaqqas mill-pass u dlonk inqabeż minn Valentino Strix (Ludvic Ghigo) li baqa’ sejjer biex ħa l-ewwel rebħa staġjonali wara li xejjen l-isfida ta’ Crack Du Tillet (Andrew Farrugia) u Viking’s Topline (Eugenio Bondin). Alf De Melandre (Rodney Gatt) temm fir-raba’ pożizzjoni.
Mill-ħames heats tal-klassi Bronze għoxrin żiemel għamluha għas-semifinali. Fl-ewwel waħda, Felin De Christal (Silio Schembri) kien il-ħin kollu quddiem biex ħa t-tieni rebħa tiegħu f’Malta minn Felin Du Dropt (Clint Vassallo). Simili kienet it-tieni heat mill-istess kompetizzjoni, b’Gosse Fredano (Nathaniel Barbara) jieħu t-tieni rebħa konsekuttiva u f’Malta wara li ddomina tul id-distanza.
Gallita (Charlton Gauci) ħadet it-tieni rebħa minn daqstant dehriet f’Malta fit-tielet heat u wara li żiedet fil-pass matul l-aħħar 400 metru. Ir-raba’ heat kienet ikkaratterizzata minn dwell eċċitanti fl-aħħar metri bejn Fangio De Bailly (Kurt Saliba) u Cooper Club (Silvio Schembri). Kien iż-żiemel ta’ Saliba li ħa l-ewwel rebħa tas-sena. Flash Du Rabutin (Charles Camilleri) ħa wkoll l-ewwel rebħa staġjonali fil-ħames u l-aħħar heat Bronze wara li qasam il-linja finali l-ewwel faċilment b’seba’ tulijiet vantaġġ minn Amenophis Du Lilas (Cliferty Calleja).
Ir-rebbieha kollha
I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Gaia Lucaxelo (P. Galea) Ħin – 3.26.6” (1.18.3”) 2. Golden Noa (J. Buttigieg) 3. Grace d’Auberville (M. Attard) 4. Gamine d’Hawai (R. Gatt)
II Tiġrija. Klassi Copper Dist – 2640m. 1. Gabin De See (P. Galea) Ħin – 3.23.6” (1.17.1”) 2. Fakir De Mone (D. Cortis) 3. Galeo Du Portugal (K. Axisa) 4. Hidalgo Du Puy (M. Debono)
III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Decoster Vallee (R. Gatt) Ħin – 3.25.1” (1.17.7”) 2. Quickspin (C. Calleja) 3. Elite Angel (Cherise Farrugia) 4. Boom Boom Becker (N. Barbara)
IV Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Felin De Christal (S. Schembri) Ħin – 2.46.2” (1.17.7”) 2. Felin Du Dropt (C. Vassallo) 3. Flageolet (R. Gatt) 4. Daragħiu Jeep (A. Cassar)
V Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Gosse Fredano (N. Barbara) Ħin – 2.43.9” (1.16.6”) 2. Onas My (M. Fenech) 3. Galerno Valou (C. Vassallo) 4. Faon De La Vitard (R. Gatt)
VI Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Gallita (Ch. Gauci) Ħin – 2.44” (1.16.6”) 2. Baron De Neuillac (C. Camilleri) 3. Coquin De Cessevil (R. Briffa) 4. Dieu d’Occagnes (P. Galea)
VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Valentino Strix (L. Ghigo) Ħin – 3.19.4” (1.15.5”) 2. Crack Du Tillet (A. Farrugia) 3. Viking’s Topline (E. Bondin) 4. Alf De Melandre (R. Gatt)
VIII Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Fangio De Bailly (K. Saliba) Ħin – 2.45” (1.17.1”) 2. Cooper Club (S. Schembri) 3. Cupidon De Bassard (S. Cassar) 4. Voyou De Javron (T. Mallia)
IX Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Flash Du Rabutin (C. Camilleri) Ħin – 2.42.2” (1.15.8”) 2. Amenophis Du Lilas (C. Calleja) 3. Optimus M.M. (M. Debono) 4. Crack De Bas (P. Galea)