Monday, April 29, 2024

L-ewwel Round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb għall-Ħadd

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Nhar il-Ħadd, it-2 ta’ April Island Car Club ser jorganizza l-ewwel Round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb ġewwa l-Imtahleb.

Għalkemm dan ir-round inizjalment kien skedat għall-5 ta’ Marzu fil-Ġnejna, kellu jieqaf u jiġi pospost minħabba dewmien fil-bidu tal-avveniment u t-temp, iż-żewġ raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-klabb.

Madwar 60 karozza fi klassijiet differenti se jkunu qed jsuqu fil-famuża telgħa tal-iMtaħleb quddiem numru ta dilettanti li jmorru biex igawdu l-avveniment.

Sport