Friday, April 26, 2024

Kim Camilleri Lagana tirrappreżenta lil Malta fil-Kampjonati Dinjija taż-Żgħażagħ tal-IWF f’Durres, l-Albanija

Aqra wkoll

Kim Camilleri Lagana rrappreżentat lil Malta fil-Kampjonati Dinjija taż-Żgħażagħ tal-IWF f’Durres, l-Albanija.

Din kienet opportunità mill-aqwa għaliha li ta’ 14-il sena biss ikkompetiet kontra atleti ta17il sena.

Hija kkompetiet fil-kategorija ta’ 45kg A. B’bidu tajjeb fil refa Snatch 55kilo għall-lewwel tentattiv tagħha. It-tieni tentattiv tagħha ta` 57kilo u t-tielet 58kilo sfortunatament ma kienux ta’ suċċess peress li sabet problema biex problema biex izzomm il-piz.

 Fil-Clean and Jerk bdiet aktar b’saħħitha u refet b`suċċess 71kilo, din il-refa kienet biżżejjed għaliha biex tirbaħ kontra Spanja u l-Ġappun. Fit-2 tentattiv tagħha marret għal 74kilo tipprova tirbaħ kontra l-Ukrajna iżda wara `clean` ta’ suċċess, sfortunatament falliet għal ftit il-Jerk.

Issa l-atleta se tkompli bil-preparazzjoni tagħha biex tikkompeti fil-kampjonati Ewropej ta’ taħt il-15-il sena f’Ġunju li ġej fil-Moldova.

Dawn il-kompetizzjonijiet mhumiex possibbli mingħajr l-assistenza mill-Kumitat Olimpiku Malti u SportMalta.

Sport