Tuesday, December 24, 2024

L-ewwel deheb għall-Awstralja tasal miċ-ċiklista Grace Brown

Aqra wkoll

Iċ-ċiklista, Grace Brown, rebħet l-ewwel midalja tal-Awstralja fl-ewwel jum ta’ dawn l-Olimpjadi … bi prestazzjoni dominanti fit-time trial individwali li saret fit-toroq tal-belt tal-belt ta’ Pariġi li kienu jiżolqu bix-xita kontinwa li bdiet nieżla waqt din il-kompetizzjoni.

Brown, 32 sena, temmet il-korsa ta’ 32.4 kilometri li bdiet minn ħdejn it-Torri Eiffel u spiċċat fil-lvant tal-istess belt.

Hija rreġistrat ħin ta’ 39 minuti u 38 sekondi. B’hekk dan il-ħin kien ta’ 1 minuta u 31 sekondi inqas mill-Brittanika, Anna Henderson, li kisbet ħin ta’ 41:09.83 bir-reb­ħet il-midalja tal-fidda.

L-Amerikana, Chloe Dygert, rebħet il-midalja tal-bronż meta daħlet f‘ħin ta’ 41:10.70.

Fix-xahar li għadda, Brown ħabbret li se tirtira għal kollox minn dan l-isport fl-aħħar tas-sena u għaldaqstant sostniet li kien ikun diżappunt kbir li kieku ma rebħet l-ebda midalja f’din it-tellieqa.

Iżda f’ġurnata drammatika li kienet karatterizzata minn bosta inċidenti li sofrew iċ-ċiklisti stess, inkluża l-waqgħa ta’ Dygert, l-Awstraljana rnexxielha tilħaq l-aspettattivi għoljin bi prestazzjoni kbira li rrappreżentat il-qofol tal-karriera llustra tagħha u għaldaqstant tat bidu qawwi għall-kampanja Olimpika tat-team tagħha.

Ekonomija

Sport