F’għeluq l-ewwel jum mill-ftuħ tan-nominazzjonijiet għall-elezzjonijiet każwali daħlu żewġ nominazzjonijiet f’isem il-Partit Laburista.
In-nominazzjonijiet li daħlu kienu waħda fuq il-ħames distrett mill-kandidat Laburista Gianluca Cutajar u oħra fuq il-11-il distrett mill-kandidat Laburista Anthony Agius Decelis.
L-elezzjonijiet każwali fuq iż-żewġ distretti indikati se jkunu qegħdin isiru wara li l-Prim Ministru Robert Abela ċeda postu fil-ħames distrett, filwaqt li Miriam Dalli ċediet postha fuq il-11-il distrett.