Fl-ewwel laqgħa tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista b’mod konġunt mal- Grupp Parlamentari wara l-elezzjoni ġenerali, ġie skattat il-proċess li bih jiġi deċiż liema distretti jiġu vakanti f’każ li Membri Parlamentari jkunu eletti minn żewġ distretti.
B’voti sigrieta waqt din il-laqgħa, ġie deċiż li:
Il-Prim Ministru Robert Abela ġie elett mit-tieni u l-ħames distrett. L-Eżekuttiv iddeċieda li jiġi ċedut is-siġġu mill-ħames distrett.
Chris Fearne ġie elett mit-tielet u r-raba’ distrett. L-Eżekuttiv iddeċieda li jiġi ċedut is-siġġu mir-raba’ distrett.
Clyde Caruana ġie elett mit-tieni u t-tmien distrett. L-Eżekuttiv iddeċieda li jiġi ċedut is-siġġu mit-tieni distrett.
Owen Bonnici ġie elett mit-tielet u l-ħames distrett. L-Eżekuttiv iddeċieda li jiġi ċedut is-siġġu mit-tielet distrett.
Ian Borg ġie elett mis-sitta u s-seba’ distrett. L-Eżekuttiv iddeċieda li jiġi ċedut is-siġġu mis-sitt distrett.
Silvio Schembri ġie elett mis-sitta u s-seba’ distrett. L-Eżekuttiv iddeċieda li jiġi ċedut is-siġġu mis-seba’distrett.
Clifton Grima ġie elett mid-disa’ u l-għaxar distrett. L-Eżekuttiv iddeċieda li jiġi ċedut is-siġġu mid-disa’ distrett.
Miriam Dalli ġiet eletta mill-ħames u l-ħdax-il distrett. L-Eżekuttiv iddeċieda li jiġi ċedut is-siġġu mill-ħdax distrett.
Michael Falzon ġie elett mid-disa’ u l-għaxar distrett. L-Eżekuttiv iddeċieda li jiġi ċedut is-siġġu mid-disa’ distrett.
Aqra iktar: