Wednesday, December 25, 2024

L-eżerċizzju jista’ inaqqas ir-riskju tal-kanċer tal-musrana bi 11%

Aqra wkoll

L-attivita fiżika filgħod tista tnaqqas ir-riskju ta’ kanċer tal-musrana bi 11%. Dan ħareġ minn studju, li jgħid li l-ħin ta’ meta jsir l-eżerċizzju, jista jkollu rwol kruċjali biex ibiegħed il-marda tal-kanċer.

L-istudju, li kien immexxi minn esperti mill-Università ta’ Regensburg fil-Ġermanja, evalwa mas-86,252 persuna fl-età bejn 42 u 79 sena. Ir-riċerkaturi ssorveljaw l-attività fiżika ta’ dawn il-persuni permezz ta’ apparat li jintlibes. 

Ir-riċerkaturi enfasizzaw li hemm diversi eżerċizzji li jistgħu jkunu ta’ għajnuna, fosthom l-eżerċizzju kontinwu matul il-ġurnata, kemm dak ta’ kmieni filgħodu u anti ta’ tard filgħaxija.

L-istudju sab ukoll li l-eżerċizzju jnaqqas ir-riskju b’11%, anke meta jitqiesu diversi fatturi, fosthom it-tipjip, it-tip ta’ xogħol li tkun tagħmel persuna u fatturi oħra.

Ekonomija

Sport