Sunday, December 22, 2024

L-FA Arġentina tipposponi l-kampjonati kollha wara l-attentat ta’ qtil fuq il-viċi-president tal-pajjiż

Aqra wkoll

L-FA Arġentina ssospendiet il-logħbiet kollha tal-football b’effett immedjat wara attentat ta’ qtil fuq il-viċi president tal-pajjiż.

Fl-aħħar sigħat Cristina Fernandez de Kirchner sfat fil-mira ta’ attakk li xxokkja d-dinja kollha.

Fid-dawl ta’ dan l-attentat, il-President Alberto Fernandez iddikjara l-Ġimgħa bħala festa nazzjonali sabiex il-partiti politiċi kollha jkunu jistgħu jesprimu l-appoġġ tagħhom għal Fernandez de Kirchner.

Min-naħa tagħha l-FA Arġentina wriet is-solidarjetá mal-viċi-president billi pposponiet il-partiti li kienu skedati fi tmiem il-ġimgħa.

Stqarrija kienet tgħid: “L-Assoċjazzjoni tal-Football Arġentina tesprimi solidarjetá għal dak li ġara mal-viċi president Cristina Fernandez de Kirchner. Nappellaw lis-soċjetà li l-vjolenza ta’ kwalunkwe tip qatt mhi s-soluzzjoni.”

Ekonomija

Sport