Sunday, October 13, 2024

L-FA Ingliża trid taħtar kowċ permanenti

Aqra wkoll

Il-Federazzjoni tal-Futbol Ingliża tinsab xi ftit inkwetata wara r-riżultat sorpriża fejn it-tim nazzjonali tilef 2-1 kontra l-Greċja. Huwa għalhekk li l-ogħla uffiċjali ta’ din il-federazzjoni qed jaħsbu sabiex jaħtru kowċ permanenti mill-aktar fis possibbli u jneħħu l-inkarigu tal-kowċ temporanju Lee Carsley.

Sadanittant, il-gazzetti Ingliżi qed isemmu ħafna lill-kowċ Ġermaniż Thomas Tuchel li huwa favorit għal ħafna li jkun hu li jmexxi lit-Three Lions sal-fażi finali tat-tazza tad-dinja 2026.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport