Friday, November 13, 2026
Home Sport L-FA Portugiża tħabbar li se tagħti ġieħ lil Cristiano Ronaldo f’ċerimonja speċjali

L-FA Portugiża tħabbar li se tagħti ġieħ lil Cristiano Ronaldo f’ċerimonja speċjali

0
17

L-FA Portugiża kkonfermat li se torganizza ċerimonja speċjali f’ġieħ Cristiano Ronaldo wara t-tmiem tal-karriera internazzjonali tiegħu.

L-attakkant ta’ 41 sena temm avventura ta’ 23 sena mat-team nazzjonali, li matulha lagħab 234 partita u skorja 146 goal, rekord dinji fil-football internazzjonali.

Il-federazzjoni ddeskriviet lil Ronaldo bħala leader eżemplari u simbolu tal-ispirtu tat-team nazzjonali, filwaqt li wegħdet li se tagħtih tislima xierqa għall-kontribut straordinarju tiegħu.

Ronaldo għen lill-Portugall jirbaħ l-Euro 2016 u żewġ edizzjonijiet tal-UEFA Nations League, u ħalla warajh wirt importanti fl-istorja tal-footbal Portugiż. 

Id-dettalji taċ-ċerimonja għadhom ma ġewx imħabbra.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here