Mauricio Pochettino mistenni jiffirma kuntratt ta’ sentejn u nofs ma’ Manchester United, li jżommu f’Old Trafford sas-sajf tal-2029, wara li l-club iddeċieda li jkeċċi lil Michael Carrick.
Il-United laħqu ftehim mal-coach Arġentin, li bħalissa jmexxi lit-team nazzjonali tal-Istati Uniti. Il-club lest iħallas madwar £7 miljun biex jattiva l-klawsola ta’ rilaxx fil-kuntratt tiegħu mal-federazzjoni Amerikana.
Pochettino mistenni jibqa’ jmexxi lill-Istati Uniti fiż-żewġ impenji tagħhom kontra Haiti qabel jivvjaġġa lejn Manchester.
Id-debutt tiegħu mistenni jkun fit-22 ta’ Novembru kontra Liverpool f’Anfield, f’konfront diffiċli għall-ewwel partita tiegħu.
L-Arġentin għandu quddiemu biċċa xogħol importanti biex jerġa’ jagħti l-ħajja lill-United, li qed jesperjenzaw bidu diżappuntanti tal-istaġun fil-Premier League.




