Sunday, December 22, 2024

L-FBI tinsab involuta f’inkjesta dwar fajls tal-President Joe Biden

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-White House qalet li d-dipartiment tal-ġustizzja Amerikan qed jirrevedi dokumenti sensittivi immens misjuba fl-uffiċċju preċedenti tal-President Joe Biden. Dan wara li ġie żvelat li fiċ-Ċentru magħruf bħala Penn Biden f’Washington instabu madwar 10 fajls li kienu msakkra f’xi armarju.

Skont sorsi tac-CBS News, l-FBI tinsab involuta fl-inkjesta dwar dokumenti misjuba, filwaqt li l-Avukat Ġenerali tal-Istati Uniti Merrick Garland intalab jirrevedihom.

L-avukat ta’ Joe Biden qal li l-istess dokumenti għandhom x’jaqsmu mal-perjodu meta hu kien Viċi President. Minkejja dan kollu, ma hemm l-ebda indikazzjoni li turi x’relevanza għandhom dawn id-dokumenti.

Sors oħra qrib il-kwistjoni qalu li dan il-lott ta’ fajls ma kienx fih sigrieti nukleari u kien jinsab f’kaxxa b’dokumenti oħra li ma jistgħux jitqiesu bħala daqstant senstittivi.

Ekonomija

Sport