Tuesday, April 23, 2024

Ir-riħ mistenni jibqa’ jippersisti l-ġimgħa kollha

Aqra wkoll

Ir-riħ li kien mistenni jolqot il-gżejjer Maltin wasal ukoll u miegħu ġab ukoll ċertu ħsarat li fortunatament jidher li ma kkawżaw l-ebda inċidenti serji. Dan hekk kif matul il-jum riħ qawwi għal forza sebgħa ħakem diversi żoni tal-pajjiż liema riħ mistenni jippersisti sal-Ħadd li ġej anke jekk mistenni jnaqqas xi ftit mill-qawwa tiegħu.

Intant f’ritratti miġbudin mill-fotografu tagħna stajna ninnutaw baħar jibla l-art f’diversi żoni, ħsarat f’tined ta’ diversi vannijiet li jarmaw biex ibigħu xi prodotti, skart imxerred, kif ukoll siġra li tqaċċtet għal quddiem vann.

Skont it-tbassir tat-temp maħruġ mill-Uffiċċju meterjoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta r-riħ mistenni jnaqqas ftit mill-qawwa tiegħu għal forza ħamsa għada u jerġa’ jitqawwa għal forza sebgħa l-għada l-Ħamis. L-għada l-Ġimgħa r-riħ mistenni jerġa’ jonqos bi ftit għal forza erbgħa sakemm s-Sibt u l-Ħadd nistennew riħ li jvarja minn forza erbgħa sa forza sitta fil-qawwa tiegħu.

Sport