Wednesday, April 24, 2024

“Ma nistax naċċetta l-kritika tal-Oppożizzjoni fil-konfront ta’ persuna li ħarġet mill-Qorti b’rasha mgħollija”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, il-Kultura, l-Arti u Kunsilli Lokali Owen Bonnici filwaqt li kkwota artikli fit-Times of Malta u fil-Malta Indipendent li jgħidu persuna bħall-eks Prim Imħallef Joe Azzopardi kien milqugħ pożittivament, u deskritt bħala persuna onest b’mod inġenerali fil-passat sa mill-2018. Huwa qal li ma jistax jifhem x’inbidel issa għall-Partit Nazzjonalista.

Bonnici min-naħa tiegħu rrakkonta dwar esperjenzi personali fejn l-eks Prim Imħallef iddeċieda kontra l-gvern Laburista u anke fi kwistjoni tant delikata li kienet titratta lill-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia ma ħarisx lejn uċuħ u ddeċieda skont id-dmirijiet onesti tiegħu.

Bonnici qal li jinsab iddispjaċut mhux għax is-sur Joe Azzopardi għandu bżonn lil xi ħadd min jiddefendih, iżda li meta l-Oppożizzjoni tgħid le għall-ħatra tiegħu bħala Prim Imħallef ta’ suċċess tista’ b’ċertu kummenti tixħet dubji fuq id-deċiżjonijiet tiegħu matul il-karriera ta’ suċċess tiegħu.

“Veru li Joe Azzopardi sar Prim Imħallef taħt gvern Laburista, iżda nħatar Imħallef minn Prim Ministru b’Partit Nazzjonalista fil-gvern. Dr Azzopardi ħareġ mill-Qorti b’rasu mgħollija u mhux bħal persuni oħra maħturin minn ammistrazzjoni Nazzjonalista li spiċċaw ħarġu mill-Qorti b’rashom baxxuta. M’għandix dubju li hu se jkun Kummissarju li jkun tal-affari tiegħu, li ma jħares lejn wiċċ ħadd u li se jaqdi l-funzjoni bl-aħjar mod”, saħaq Bonnici. 

Sport