Tuesday, April 30, 2024

L-FKNK: Aktar evidenza li l-passa tal-kaċċa f’Malta qiegħda tiżdied

Aqra wkoll

L-istaġun tal-kaċċa għall-gamiem f’Settembru 2021 għalaq fil-11 ta’ Settembru 2021, 19 il-ġurnata qabel ma kien previst, peress li ntlaħqet il-kwota nazzjonali ta’ qbid stabilita bil-liġi. 

L-istaġun tal-insib għall-pluvieri f’Jannar ta’ din is-sena ukoll għalaq qabel ma kien previst fit-3 ta’ Jannar, sebat’ijiem qabel, u dan ukoll għax intlaħqet il-kwota nazzjonali relattiva.  Mentri fit-tlett snin ta’ qabel, jiġifieri fl-2018, 2019 u 2020, l-istess kwoti qatt ma kienu ntlaħqu, la qabel u lanqas mal-għeluq tal-istaġuni rispettivi. 

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) qalet li dan ifisser li l-popolazzjonijiet fis-selvaġġ, kemm tal-gamiem, kif ukoll tal-pluvieri qegħdin jiżdiedu b’mod sostanzjali u għaldaqstant sostenibbli.  

Fi stqarrija l-FKNK qalet: “Dan ifisser ukoll li l-kalkoli tan-numri ta’ BirdLife Malta jibqaw kalkoli skorretti, dan meta ta’ sikwiet iddikjaraw li jkun hemm nuqqas ta’ rapportaġġ tal-qbid mill-kaċċaturi u n-nassaba biex dawn jiżguraw li ma jagħlaqx xi staġun tal-kaċċa u/jew tal-insib qabel iż-żmien.”

Il-FKNK irringrazzjat lill-Ministru Clint Camilleri u lill-WBRU għall-pożizzjoni soda tagħhom kontra l-KE li riedet il-projbizzjoni totali tal-kaċċa tal-gamiem fl-Ewropa, u dejjem tara x’taqla biex teqred l-insib.

Fl-aħħar, u b’riżultat ta’ din is-sitwazzjoni, l-FKNK qalet li se tkompli taħdem aktar b’saħħa biex terġa’ tkun permessa t-tradizzjoni soċjo-kulturali tal-kaċċa u l-insib tal-gamiem fir-rebbiegħa, u biex ikompli l-insib, anke tal-pluvieri.  

Sport