Tuesday, April 16, 2024

L-FKNK tħassar attività fil-Miżieb minħabba “protesta provokattiva”

Aqra wkoll

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti qalet li ħassret attività li kienet ippjanat fil-Miżieb minħabba dik li ddeskriviet bħala “protesta provokattiva” li ġiet organizzata fil-post fejn kellha tiżvolġi l-attività.

L-FKNK qalet li din il-protesta organizzata hija r-riżultat tar-“regħba ta’ ċerti individwi u entitajiet, immexxija minn BirdLife Malta”.

L-attività tal-FKNK kienet relatata mal-ftehim li tħabbar aktar kmieni din il-ġimgħa dwar l-immaniġġjar taż-żoni tal-Miżieb u l-Aħrax mill-Federazzjoni.

Numru ta’ NGOs opponew il-ftehim u ħeġġeġ biex kull min jemmen li l-pubbliku għandu d-dritt li jgawdi spazji ambjentali miftuħin biex jipparteċipa f’sit-in strike kontra l-ftehim.

Fi stqarrija li ppubblikat l-FKNK talbet apoloġija mal-personalitajiet li kienu invitati għall-attività.

Ekonomija

Sport