Monday, May 13, 2024

L-FMA tikkonferma l-parteċipazzjoni ta’ Sliema Wanderers FC fl-Enemed Futsal League

Aqra wkoll

Il-Futsal Malta Association ħabbret li Sliema Wanderers se jkunu qed jieħdu sehem fl-Enemed Futsal League sabiex issa t-total ta’ timijiet li se jipparteċipaw f’dan il-kampjonat tela’ għal 12.

Sliema se jingħaqdu ma’ Birżebbuġa St Peter’s, is-selezzjoni Maltija ta’ taħt it-18-il sena u dik ta’ taħt id-19-il sena, Gżira United Santa Margerita, Luxol St Andrew’s, Marsaskala, Santa Venera Lightnings, Swieqi United, Ta’ Xbiex Iżola Bank, University of Malta ACJ Group u ZRQ Bormla Futsal li se jiffurmaw l-Enemed Futsal League.

Din mhux l-ewwel darba li dan it-tim ipparteċipa fil-kompetizzjonijiet domestiċi tal-futsal hekk kif fil-passat huma kienu saħansitra rebħu l-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni.

L-istaġun tal-futsal lokali se jibda fid-29 ta’ Settembru li ġej bis-Super Cup bejn Luxol u l-Universita’ ta’ Malta.

Sport