Fl-opinjoni tiegħi l-għanijiet ewlieni tal-Budget 2027 huma li jwassal għal stabilità makro-ekonomika; tisħiħ il-finanzi pubbliċi b’miri fiskali ċari li jippermettu tkomplija tas-sussidji fuq fuq enerħija u l-fјuwils; kif ukoll kontinwità fil-politika soċjali u benefiċċјi soċjali.
Dan kollu se jkun qed isir fi sfond ta’ sitwazzjoni ġeo-politika difficli b’riskju li l-gwerer kemm fil-Lvant tal-Ewropa kif ukoll fil-Lvant Nofsani jinfirxu. Insemmi ukoll il-prezzijiet għoljin tad-diesel u gass minħabba problemi ta’ provvista minn dak li qed jiġri kemm fl-Iran u kemm fil-pajjiżi tal-Golf.
Dan kollu qed jolqot lilna u jista’ jkompli jolqotna aktar is-sena d-dieħla. Id-Dokument ta’ Qabel il-Budget qed jaħseb għal dan iżda ħadd ma jista’ jipprevedi x’jista’ jkun l-effett jekk pereżempju teskala l-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna.
Minkejja dawn l-isfidi li semmejt, pajjiżna evita li jgħaddi minn kriżi ekonomika. Effettivament, dan јgħodd ukoll għal biċċa l-kbira ta’ pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea però Malta baqgħet tirreġistra tkabbir ekonomiku ferm akbar minn ħafna pajjiżi Ewropej u dan jixhed ir-reżiljenza ekonomika u finanzjarji tal-ekonomija, liema resiljenza ġejja ukoll mill-mudell ta’ tkabbir ekonomiku li għadu jeżisti sal-lum.
Hu minnu li hemm bżonn nibdew nippjanaw għall-bidla ta’ kif isir in-negozju f’pajjiżna speċjalment biex insaħħu l-produttività iżda tajjeb nifhmu li t-tisħiħ tal-benefiċċji soċjali, iż-żidiet fil-pagi frott ta’ ftehim kollettiv partikolarment fis-settur pubbliku, kif ukoll nefqa akbar fis-saħħa u fl-edukazzjoni huma riżultat tal-mudell ta’ tkabbir ekonomiku li thaddem sal-lum. Minkejja dan nerġa’ nisħaq dwar l-importanza li nftittxu metodi godda ta’ kif in-negozju tagħna joperaw.
Eżempju ta’ dan huwa l-applikazzjoni avvanzata tal-Intelliġenza Artifiċjali. Wasal iż-żmien li ngħaddu minn ċiklu ieħor bħalma pajjiżna beda jgħaddi fl-2013 iżda dan jieħu ż-żmien tiegħu.
Fl-isfond tas-sitwazzjoni internazzjonali, ir-reżiljenża ekonomika li għadni kif semmejt kif ukoll l-istabbilità fil-prezzijiet tal-enerġija u fjuwils se jibqgħu determinanti biex jibqa’ jkollna tkabbir ekonomiku ta’ aktar 3.5 fil-mija f’termini reali. Dan hu neċessarju għal żewġ raġunijiet ewlenin. Tkabbir ta’ 3.5 fil-mija jkompli joħloq opportunitajiet għall-investiment privat kemm minn negozji lokali kif ukoll dawk barranin, kif ukoll ħolqien ta’ aktar impjiegi. Tkabbir ta’ 3.5 fil-mija jippermetti ukoll sostenibbiltà finanzjarja fil-finanzi pubbliċi. Madankollu d-dixxiplina finanzjarja kif ukoll effiċjenza fi ġbir ta’ taxxi u miżuri aktar effettivi kontra l-evażjoni tat-taxxi huma neċessarji biex inkomplu nsaħħu l-ġustizzja socċali f’pajjiżna.
L-aħħar punt u nagħlaq bih. Id-dejn nazzjonali għas-sena 2027 hu previst li jbqa’ madwar 45 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku. Id-dejn pubbliku niżel b’mod relattiv minħabba t-tkabbir ekonomiku. Madankollu b’mod assolut, id-dejn żdied u dak id-dejn il-Gvern irrid jiffinanżjah permeżż ukoll ta’ imgħaxijiet aktar għoljin. Għalhekk nerġa’ nisħaq fuq id-dixxiplina fiskali u effiċjenza fil-ġbir ta’ taxxi.
