Tuesday, September 24, 2024

L-Għaqda Pensjonanti tal-GWU tagħmel żjara ta’ korteżija lill-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono

Aqra wkoll

L-E.T. il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono laqgħet żjara ta’ korteżija mill-Għaqda Pensjonanti tal-General Workers’ Union fil-preżenza tas-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union Josef Bugeja.

Flimkien tkellmu dwar il-ħidma kontinwa mill-anzjani f’din l-għaqda fosthom kampanji, diskussjonijiet u laqgħat informattivi biex ikunu l-vuċi tal-pensjonanti f’pajjiżna. Matul il-laqgħa ssemmew numru ta’ anzjani li lura fiż-żmien taw is-sehem tagħhom f’din it-trejd unjin u f’pajjiżna għall-ġid tas-soċjetà.

L-uffiċjali tal-Għaqda Pensjonanti spjegaw ukoll lill-President kif il-GWU kienet l-ewwel assoċjazzjoni li bdiet tħallas l-istess paga lill-ħaddiema nisa daqs dik tal-irġiel.
Fi tmiem il-laqgħa, l-Għaqda ppreżentat lill-President donazzjoni għal The Malta Community Chest Fund Foundation.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport