Saturday, December 21, 2024

L-għargħar fatali fl-Ewropa huma biss idea tal-klima futura

Aqra wkoll

L-għargħar li għamel u x-xita qawwija li niżlet f’bosta pajjiżi partikularment tal-Ewropa Ċntrali huma biss ħjiel ta’ x’għad irid jiġri kaġun tat-tibdil fil-klima. Xjentisti jgħidu li l-għargħar devastanti fl-Ewropa Ċntrali huwa ndikazzjoni li s-sitwazzjoni klimatika qed kulma jmur issir agħar.

Il-maltemp li ġie mlaqqam Boris ħasad pajjiżi fosthom il-Polonja, ir-Repubblika Ċka, ir-Rumanija, l-Awstrija u l-Italja u wassal ukoll għal mill-inqas 24 mewta u biljuni ta’ liri fi ħsarat.

Il-grupp tal-World Weather Attribution (WWA) qal li fil-perjodu reċenti ta’ erbat ijiem niżlet xita aktar minn qatt qabel u l-ogħla fl-Ewropa Ċntrali b’intensità d-doppju li ġiet irreġistrata mit-tibdil fil-klima.

Fuq nota pożittiva, il-maltemp kien imbassar tajjeb, li jfisser li xi pajjiżi u reġjuni kienu ppreparati tajjeb u b’hekk x’aktarx li ġew evitat aktar imwiet.

Ix-xjentisti tal-WWA għandhom rwol li jissorveljaw it-tibdil fil-klima u avvenimenti estremi tat-temp billi jqabbluhom ma’ mudell ta’ kemm dik il-maltempata, nixfa jew mewġa ta’ sħana setgħu kienu ta’ dannu f’dinja meta l-bnedmin ma kinux jaħarqu fjuwils fossili. 

It-tip ta’ xita li niżlet waqt il-maltempata Boris, b’xorti tajba għadha rari u mistennija li sseħħ darba kull 100-300 sena bil-klima tal-lum, li żdiedet b’madwar 1.3C minħabba l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Iżda jekk it-tisħin jilħaq 2C, episodji simili jsiru 5% aktar intensi u 50% aktar frekwenti. 

Mingħajr azzjoni klimatika aktar ambizzjuża, wissiet il-WWA, it-tisħin globali mistenni jilħaq madwar 3C sal-aħħar tas-seklu. Dan żgur li jġib ħafna aktar maltempti severi fil-futur. 

Ir-rekord ta’ xita jidħol f’xejra usa’ ta’ kif il-klima tal-Ewropa qed tinbidel f’dinja li qed tisħon. L-Ewropa hija l-kontinent li qed jissaħħan b’għaġġl. L-aħħar ħames snin kienu bħala medja madwar 2.3C aktar sħan mit-tieni nofs tas-Seklu 19, skont is-servizz Ewropew tal-klima, Copernicus.

Dan mhux biss iġib mewġ ta’ sħana ħafna aktar frekwenti u intensi, iżda wkoll xita aktar estrema, partikolarment fit-tramuntana u ċ-ċentru tal-Ewropa. L-istampa hija aktar ikkumplikata fin-Nofsinhar tal-Ewropa, minħabba ċaqliq fix-xejriet tat-temp fuq skala kbira.

L-aktar raġuni sempliċi għal xita aktar intensa f’dinja aktar sħuna hija li atmosfera aktar sħuna tista żżomm aktar umdità – madwar 7% għal kull 1C. Din l-umdità żejda tista twassal għal xita akbar.

Hemm xi evidenza li l-effetti tat-tibdil fil-klima fuq il-jet stream – il-medda ta’ rjieħ mgħaġġla fil-għoli fl-atmosfera – jistgħu jagħmlu dan il-fenomenu aktar komuni. Iżda dan għadu dibattibbli.

Dawn ix-xejriet tat-temp seħħew fi klima aktar sħuna minħabba l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għalhekk l-intensità u l-volum tax-xita kien akbar milli kieku kien ikun.

Ekonomija

Sport