Tuesday, September 8, 2026
Home Internazzjonali Ir-Russja u l-Korea ta’ Fuq jiftħu pont ġdid tul il-fruntiera komuni tagħhom

Ir-Russja u l-Korea ta’ Fuq jiftħu pont ġdid tul il-fruntiera komuni tagħhom

0
67

Infetaħ l-ewwel pont tat-triq li jgħaqqad lir-Russja mal-Korea ta’ Fuq u b’hekk il-merkanzija kif ukoll il-passiġġieri jistgħu jgħaddu aktar malajr bejn il-fruntiera tagħhom tul ix-Xmara Tumen. 

Meta kien qed jitkellem permezz ta’ video link waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-pont it-Tnejn li għadda, il-Prim Ministru tar-Russja Mikhail Mishustin, qal li dan il-pont se jħeġġeġ l-iżvilupp f’firxa ta’ oqsma, inkluż it-turiżmu filwaqt li joħloq impjiegi ġodda.

“Jiena konvint li l-espansjoni tal-infrastruttura tat-trasport transkonfinali se tipprovdi spinta qawwija għall-iżvilupp ulterjuri tal-kooperazzjoni kummerċjali, ekonomika, xjentifika, teknoloġika u kulturali,” qal Mishustin.

Il-bini ta’ dan il-pont beda fl-2025 wara l-qbil li kien sar waqt iż-żjara li l-President Russu Vladimir Putin kien għamel fil-Korea ta’ Fuq fis-sena ta’ qabel. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here