Monday, December 23, 2024

L-HIV u l-iżbilanċ ġeografiku

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

* L-Afrika t’Isfel hija l-aktar reġjun milqut ħażin mill-epidemija tal-HIV/AIDS;

* Fl-2019 dan ir-reġjun kellu 68% ta’ nies ta’ kull età li kienu qegħdin jgħixu bl-HIV u 88% tat-tfal u adoloxxenti bl-HIV fid-dinja;

* L-HIV fl-Afrika inxtered l-aktar fost persuni f’relazzjonijiet etero sesswali inklużi żwiġijiet;

* Evidenza ġdida fin-Nofsinhar tal-Afrika identifikat li sess bejn bniet adoloxxenti u tfajliet ma’ rġiel ikbar minnhom sew fl-età, qiegħed iwassal għal aktar tixrid tal-virus;

* F’dan ir-reġjun, it-trabi mwielda minn ommijiet bl-HIV huma f’riskju li jkunu infettati minħabba li m’hemmx trattamenti effettivi;

* Fil-maġġorparti tal-pajjiżi l-oħra fid-dinja, l-HIV jolqot persuni li jittaqbu bid-droga u lill-irġiel li jagħmlu sess ma’ raġel ieħor jew ma’ prostituti;

* Fl-Ewropa t-trasmissjoni tal-HIV għadu ta’ tħassib għas-saħħa pubblika u jaffettwa aktar minn żewġ miljuni nies;

* Fl-2019 informazzjoni maħruġa mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa għar-Reġjun Ewropew, mill-Unjoni Ewropea u miż-Żona Ekonomika Ewropea jingħad 137,000 persuni kienu djanjostikati bl-HIV.

* F’Jannar 2020 l-“Economist” f’rapport ikkonferma li kważi 40% tal-“vittmi tal-AIDS” kienu persuni li jabbużaw mid-droga permezz ta’ injezzjonijiet fil-vini;

* Qabel fl-Ewropa tal-Lvant u fiċ-Ċentru tal-Ażja l-aktar tixrid tal-HIV kien fost id-drogati iżda issa dan qiegħed jinxtered l-aktar minħabba kuntatti sesswali ma’ persuni infettati;

* F’partijiet tal-Ażja l-HIV qiegħed dejjem aktar jinxtered bejn il-koppji etero sesswali;

* L-epidemija tal-HIV qiegħda tevolvi u l-mod kif jinxtered dan il-virus qiegħed dejjem jinbidel.

Aqra l-analiżi sħiħa: Destin “inġust” għal trabi li jitwieldu bl-HIV

Ekonomija

Sport