Friday, May 3, 2024

“L-ibbumbardjar mill-forzi Russi fi bliet Ukreni huma rifless tal-krimini li wettqu n-Nazi”

- Il-President Ukren, b’reazzjoni għaċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Vitorja  fir-Russja

Aqra wkoll

Il-President Ukren, Volodymyr Zelensky, qal illi l-ibbumbardjar mill-forzi Russi fi bliet Ukreni u d-deportazzjonijiet tal-massa huma rifless tal-krimini li wettqu n-Nazi waqt it-Tieni Gwerra Dinjija. Dan qalu b’reazzjoni għall-fatt li llum ssir iċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Vitorja fir-Russja.

Iktar kmieni dalgħodu, saret il-parata li tikkommemora ir-rebħa Sovjetika tal-1945 fuq il-Ġermanja Nazista — avveniment li jiġi ċċelebrat ta’ kull sena fir-Russja.

Il-President Russu Vladimir Putin attenda għal din iċ-ċerimonja li saret f’Moska bil-għan li jikseb is-sapport tar-Russi favur il-gwerra fl-Ukrajna.

Sport