Monday, December 23, 2024

L-IDENTIFIKAZZJONI ELETTRONIKA U L-MIDALJI MAL-KULLAR

Alison Bezzina
Alison Bezzina
Il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali

Aqra wkoll

L-annimali domestiċi ma jitkellmux. Jekk jintilfu, ma jistgħux iċemplu lil sidhom jew jitolbu għall-għajnuna. Għalhekk huwa vitali li wieħed jagħmel l-identifikazzjoni elettronika lill-klieb u lill-qtates tiegħu u li dawn jitlibsu midalja mal-kullar, b’isem l-annimal u d-dettalji tas-sid.

Il-proċess biex issir l-identifkazzjoni elettronika huwa wieħed faċli fejn matulu l-annimal ma jsofri minn ebda uġiegħ. Il-microchip kapaċi toffri identifikazzjoni sigura u affidabbli biex b’hekk iżżid ħafna ċ-ċansijiet li l-annimali domestiċi jingħaqdu ma’ sidhom f’każ li dawn jintilfu.

L-użu tal-microchips u l-ID tags kuljum jgħin sabiex sidien ta’ annimali domestiċi jerġgħu jingħaqdu flimkien wara li dawn ikunu intilfu. B’dan il-mod jevitaw ħafna tbatija, uġigħ ta’ qalb u ħtija. Illum il-ġurnata huwa obbligatorju bil-liġi li wieħed jagħmel il-microchip u l-ID tag lill-klieb tiegħu.

Huwa importanti li jekk tkun ser tagħti l-kelb tiegħek lil persuna oħra jew jekk tkun ser iġġib kelb ġdid li diġà għandu microchip mill-aktar fiss possibbli tittrasferixxi l-microchip lis-sid propju.

Għal aktar informazzjoni tkellem mal-veterinarju tiegħek.

Xerred dan il-messaġġ sabiex tgħinna ngħinu aktar annimali.

YouTube video
Ekonomija

Sport