Saturday, May 4, 2024

L-Għaqda Repubblika b’sit-in ta’ tliet ijiem quddiem il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija

Aqra wkoll

L-Għaqda Repubblka se tkun qed tagħmel azzjoni ta’ sit-in sa nhar il-Ġimgħa li ġej quddiem il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.

Dan tħabbar minn Robert Aquilina waqt konferenza li saret illejla quddiem il-Kwartieri.

Huwa qal li se jibqgħu hemm bħala protesta għal dak li sejjaħ nuqqas ta’ azzjoni tal-pulizija fil-konfront ta’ Konrad Mizzi.

“Se nibqgħu hawn matul il-lejl, se nibqgħu hawn matul il-ġurnata ta’ għada u se nibqgħu hawn, kull ħin, għal 24 siegħa kuljum, lejl u nhar, xemx jew xita, sa nhar il-Ġimgħa li ġej,” qal Aquilina li żied jgħid li wara li jgħaddu 72 siegħa, se jsejħu lin-nies għal protesta nazzjonali l-Ġimgħa filgħaxija quddiem Kastilja.

Aquilina qal li lesti jwaqqu l-azzjoni tagħhom u jħassru l-protesta tal-Ġimgħa fil-mument li jiġi arrestat Mizzi u jitressaq il-Qorti. 

Sport