Saturday, May 4, 2024

TTD tan-Nisa – Rebħa prestiġjuza għal Malta kontra l-Azerbaijan

Aqra wkoll

Azerbaijan………………1

Malta………………………2

Permezz ta’ wirja konvinċenti, it-team nazzjonali tan-nisa mmexxi mill-coach Mark Gatt kiseb rebħa prestiġjuża ta’ 2-1 barra minn daru kontra l-Azerbaijan biex b’hekk issa għandu erba’ punti fi Grupp E ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa tal-2023.

Kien fis-57 minuta li l-Maltin rebħu penalty meta Sharifova waqqgħet lil Brenda Borg fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkarigat ruħha l-veterana DORIANNE THEUMA li ma żbaljatx.

Il-Maltin komplew jipproduċu logħob sabiħ u ta’ dan ġew ippremjati meta fis-86 minuta Maria Farrugia għaddiet tajjeb lejn EMMA XUEREB li b’xamma kbira għall-goal tefgħet il-ballun fix-xibka.

L-Azerbaijan naqqsu l-marġni tal-iskor proprju fid-90 minuta permezz ta’ VUSALA SEYFATDINOVA wara li rċeviet mingħand Kristina Bakarandze. 

Azerbaijan: 1-Sharfova, 3-Zhala Mahsimova, 5-Ayshan Ahmadova, 7-Male Moliayeva, 18-Alina Dorofeeva (17-Vusala Hajiyeva 87), 4-Nigar Mirzayileva, 11-Vusala Seyfatdinova, 21-Aysun Aliyeva (20-Peritan Bozdag 75), 6-Blige Su Koyun (2-Diana Mammadova 59), 16-Nazlican Parlak, 10-Kristina Bakarandze Coach: Siyasat Asganov

Malta: 1-Patricia Ebejer, 3-Ann-Marie Said, 4-Emma Lipman, 5-Stephania Farrugia, 16-Charlene Zammit, 6-Dorianne Theuma (18-Emma Xuereb 75), 14-Shona Zammit, 20-Nicole Sciberras (9-Alishia Sultana 64), 13-Maria Farrugia, 17-Brenda Borg (15-Jade Flask 87), 8-Rachel Cuschieri Coach: Mark Gatt

Referee: Réka Molnar (Ungerija)

Ass. Referees: Katalin Török, Noemi Hegedus-Barath (Ungerija)

Raba’ Uffiċjal: Réka Bognár (Ungerija)

Skorers: D. Theuma pen. 57, E. Xuereb 86 (M), V. Seyfatdinova 90 (A)

Ammoniti: S. Zammit, B. Borg, E. Xuereb (M), M. Moliayeva, N. Parlak (A)

Sport