Wednesday, December 25, 2024

“L-imħabba li turu ma ħutna fil-bżonn ma tmut qatt”

Puttinu Cares

Aqra wkoll

“L-imħabba li turu ma ħutna fil-bżonn ma tmut qatt!” Dan kien il-messaġġ ta’ ringrazzjament li saħqu fuqu l-mexxejja ta’ Puttinu Cares fuq il-paġna ta’ Facebook hekk kif bħalissa miexi ġmielu x-xogħol ta’ rinovazzjoni fi propjetà fl-Ingilterra li nxtrat mid-donazzjonijiet tal-poplu Malti: “Flus li nġabru mid-donazzjonijiet tiegħek ġew investiti b’għaqal, onestà u serjetà kbira”.

Huma komplew jispjegaw li bħalissa jinsabu Londra sabiex ikunu jistgħu jsegwu mill-qrib il-progress tal-binja li nxtrat biex titgawda mill-poplu Malti u Għawdxi mingħajr ħlas f’mumenti ta bżonn: “Wara tfittxija ta’ seba’ snin irnexxielna nsibu din il-propjetà li tinsab 10 minuti mixi ’l bogħod mill-isptarijiet fiċ-ċentru ta’ Londra … qed inġibuha shell minn ġewwa u applikajna għal sular ieħor biex nakkomodaw iżjed nies. Proċess twil, però flimkien naslu żgur”.

Fl-istess messaġġ huma fakkru dwar l-avveniment annwali tal-mixja tal-Ġimgħa l-Kbira, li se ssir fis-7 t’April li ġej fejn ħeġġew lill-pubbliku sabiex jingħaqad magħhom ħalli “Flimkien ngħinu iktar pazjenti u nagħmlu din il-ħolma realtà”.

Ekonomija

Sport