Tuesday, May 14, 2024

AĠĠORNAT BIR-RITRATTI: Ma jweġġa’ ħadd wara li nqaleb trailer f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab infurmat li iktar kmieni llum, għall-ħabta tal-12:00 p.m., inqaleb kontejner minn fuq trailer fi Triq il-Belt, Ħal Qormi.

Fuq il-post issejħu numru ta’ uffiċjali tal-LESA sabiex jassistu fl-immaniġġjar tat-traffiku. Intant, il-LESA fuq il-paġna ta’ Facebook appellat sabiex is-sewwieqa temporanjament jużaw rotot alternattivi.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermaw ma’ Talk.mt li fortunatament f’dan l-inċident ma weġġa’ ħadd.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport