Wednesday, March 27, 2024

L-impatt tal-pandemija twassal lir-Radisson Blu Resort ta’ San Ġiljan biex tagħlaq temporanjament

Aqra wkoll

Bil-pandemija tal-Covid-19 tħalli impatt kbir fuq l-industrija turistika u b’mod partikolari fuq is-settur tal-ospitalità, ir-Radisson Blue Resort f’San Ġiljan ħabbar li se jkun qed jagħlaq b’mod temporanju il-lukanda u l-istabbilimenti kollha fil-lukanda sa mill-1 ta’ Ottubru li ġej.

Dan tħabbar f’nota fuq il-midja soċjali mill-maniġment tal-lukanda.

Fin-nota ppubblikata ftit tal-ħin ilu, il-maniġment qal li mhuwa l-ebda sigriet li s-sitwazzjoni ma kinitx waħda faċli u kienet din is-sitwazzjoni diffiċli li wasslithom biex tittieħed din id-deċiżjoni.

Fl-istess waqt in-nota tkompli tgħid li tul dan iż-żmien se jkun qed isir xogħol fuq il-faċilitajiet, filwaqt li se tkompli għaddejja l-ħidma biex ikun provdut ambjent sigur għall-impjegati u l-klijentela.

Intant il-lukanda se tkun qed tilqa’ mill-ġdid lill-klijentela tagħha matul il-ġimgħat ta’ festi għal ikliet.

Matul il-ġimgħat li għaddew ir-Radisson Blue Resort kienet spiċċat punt ewlieni fl-aħbarijiet wara li party li żvolġa fuq medda ta’ tlett ijiem fil-lukanda kien irriżulta f’numru ta’ każi pożittivi għall-Covid-19.

Ekonomija

Sport