Friday, December 27, 2024

L-impjegati tal-BOV u l-familji tagħhom jgħixu l-maġija tal-festi waqt l-Illuminated Trail

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta organizza l-avvinement għat-tfal tal-impjegati tiegħu, avveniment li jkun mistenni ħafna. Wara s-suċċess tas-sena l-oħra, tfal ta’ bejn it-3 u t-12 -il sena kienu mistiedna jattendu l-Magical Illuminated Trail u l-Villaġġ tal-Milied ġewwa l-Palazz Verdala. 

L-avveniment li jtella’ l-Bank of Valletta għat-tfal hija tradizzjoni li tmur lura għexieren ta’ snin, u hija waħda mill-avvenimenti tal-Milied l-aktar mistennija. L-għażla tal-avveniment għal din is-sena kien aktar maġiku mis-soltu minħabba li t-tfal kellhom l-opportunità jaqsmu din l-avventura ma’ wieħed mill-ġenituri tagħhom. Barra minn hekk, it-tfal kollha ngħataw vawċer mill-Bank li jissarraf f’rigal. 

L-Illuminated Trail kien jinkludi spettaklu ta’ dawl, mużika, kif ukoll gabbani tal-ikel. Mal-wasla tagħhom, it-tfal ingħataw merħba mill-organizzaturi lebsin ta’ elfijiet f’atmosfera festiva. L-avveniment kien okkażjoni fejn l-impjegati ltaqgħu ma’ kollegi bla ħsieb, waqt li t-tfal kienu qed jiġru u jilagħbu madwarhom. 

Din ma kenitx l-unika attività organizzata għat-tfal tal-impjegati tal-Bank f’dan iż-żmien ta’ festi, hekk kif aktar kmieni, it-tfal tal-impjegati tal-Bank kienu mistiedna jattendu l-Great Little Panto, spettaklu tat-Toi Toi ġewwa t-Teatru Manoel. Dan l-avveniment kien possibli bis-saħħa tal-appoġġ kontinwu li l-Bank jagħti lit-Teatru Manoel u l-program tiegħu Toi Toi. 

Meta kien qed jitkellem dwar dawn l-avvenimenti, Charles Azzpardi li jmexxi t-tim responsabbli mill-organizzazzjoni ta’ dawn l-avvenimenti, qal, “Avvenimenti bħal dawn jagħtuna ċ-ċans noħolqu esperjenza unika għan-nies tagħna u l-familji tagħhom. Għalina, organizzazzjoni li temmen fl-importanza li jkun hemm bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja, li naraw in-nies tagħna jattendu bil-mijiet flimkien maċ-ċkejknin tagħhom u jgawdu din l-atmosfera maġika, ifisser ħafna.”

Ekonomija

Sport