Bil-prekawzjonijiet meħtieġa u b’għaqal kienu diversi dawk li dalgħodu ħadu sehem fil-Car Free Day fil-Fgura. Anke jekk xi persuni li kienu għaddejjin miż-żona u ma kinux infurmati b’din l-attività nħasdu meta raw numru ta’ uffiċjali, dik ta’ dalgħodu kienet sezzjoni edukattiva.
Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri aċċetta li jgħin f’din l-inzijattiva għaliex huwa importanti li ċ-ċittadin jifhem dak li jitwettaq mill-entitajiet li jaħrsuh.
Il-pulizija tal-komunità ntegraw ma’ dawk preżenti u ma setax jonqos li jiġbdu l-għajn il-klieb tal-K9 u l-wirja mill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
