“L-indafa f’kull lokalità hija importanti. Is-servizzi ta’ tindif fuq il-bajjiet u l-promenade jiġu pprovduti matul is-sena kollha. Matul il-perjodu tas-sajf, jiġu introdotti kontenituri għas-separazzjoni tal-iskart fuq il-bajjiet b’kollaborazzjoni mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), filwaqt li tiżdied ukoll il-frekwenza tal-ġbir u t-tbattil tal-kontenituri fuq il-bajjiet u l-promenades”.
Iddikjarat dan il-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi Alison Zerafa Civelli fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari li saritilha mid-Deputat Nazzjonalista Ivan Castillo.
Il-Ministru Zerafa Civelli tenniet tgħid li barra minn hekk, meta jkun meħtieġ, isiru wkoll xogħlijiet ta’ ħasil tat-toroq, kif ukoll tal-kontenituri tal-iskart.




