JOAO GOMES – Manchester United u Liverpool għamlu kuntatt dwar trasferiment għall- midfielder Brażiljan ta’ Wolves, Joao Gomes, 25 sena, wara li ma rnexxiex it-trasferiment biex jingħaqad ma’ Atletico Madrid.
JONATHAN ROWE u ALEJANDRO GARNACHO – Chelsea fetħu taħditiet mar-rappreżentanti tal-winger Ingliż ta’ Bologna, Jonathan Rowe, 23 sena, bil-player Arġentin, Alejandro Garnacho, 22 sena, lest li jħalli l-club.
MOHAMED SALAH – Il-club tal-MLS, Sporting Kansas City, qed jimmira li jagħmel offerta ambizzjuża biex jiffirmaw lill-attakkant Eġizzjan, Mohamed Salah, 34 sena, bi trasferiment ħieles wara t-tluq tiegħu minn Liverpool … iżda s-salarju li qed jitlob tista’ tkun problema.
PATRICK BERG – Għadd kbir ta’ clubs Ingliżi nklużi Coventry City u West Ham qed isegwu lill-midfielder ta’ Bodo/Glimt, Patrick Berg, 24 sena, wara l-prestazzjonijiet tiegħu għan-Norveġja fit-Tazza tad-Dinja.
JACOB MURPHY – Everton iridu jiffirmaw lill-winger Ingliż ta’ Newcastle United, Jacob Murphy, 31 sena, li għandu sena oħra fuq il-kuntratt tiegħu f’St James’ Park.
VINICIUS JR – Real Madrid skedaw laqgħa ma’ Vinicius Jr, 25 sena, biex jippruvaw jiffinalizzaw it-tiġdid tal-kuntratt tiegħu, fost rapporti li kienu qed jikkunsidraw li jbigħu lill-attakkant Brażiljan.
FERRAN TORRES – Paris St-Germain fittxew lill-attakkant Spanjol ta’ Barcelona, Ferran Torres, 26 sena, f’każ li l-winger Bradley Barcola jitlaq mill-club dan is-sajf.
KARIM ADEYEMI – Barcelona ffinalizzaw ftehim ma’ Borussia Dortmund biex jiffirmaw lill- attakkant internazzjonali Ġermaniż tagħhom, Karim Adeyemi, 24 sena.
MATIAS SOULE – L-aġent tal-midfielder offensiv ta’ Roma, Matias Soule, 23 sena, qed jitkellem ma’ Sunderland u Fulham dwar trasferiment potenzjali għall-Arġentin.
OSCAR ZAMBRANO – L-eks player misluf ta’ Hull City, Oscar Zambrano, 22 sena, mistenni jirritorna mal-club mingħand Sloven Maribor. Il-perjodu preċedenti tal-midfielder Ekwadorjan intemm ħesrem fl-2024 minħabba projbizzjoni għad-droga.
DODO – Nottingham Forest għamlu kuntatt ma’ Fiorentina dwar trasferiment għad-difensur lemin, Brażiljan, Dodo, 27 sena.
ERSKINE RENNIE – Fulham qablu li jiffirmaw lill-winger ta’ Celtic, Erskine Rennie, 16-il sena, bil-prodott tal-akkademja Skoċċiża mistenni jiswa £100,000 f’kumpens.
CURTIS JONES – Il-midfielder tal-Ingilterra, Curtis Jones, 25 sena, jista’ jibqa’ ma’ Liverpool hekk kif mhuwiex lest li jingħaqad ma’ Nottingham Forest, filwaqt li Inter mhumiex kapaċi jlaħħqu mal-prezz mitlub għalih.
OUSMANE DIABATE – Brentford u Tottenham huma interessati fil-midfielder difensiv tal-Guinea, Ousmane Diabate, ta’ 18-il sena, u jemmnu li jistgħu jiffirmawh mingħand il-club Tork, Genclerbirligi, għal madwar £3 miljun flimkien ma’ bonuses oħra.
EMERSONN – Ipswich Town, li għadhom kif ġew promossi fil-Premier League, iridu jiksbu l-akkwist rekord tal-attakkant Brażiljan, Emersonn, 21 sena, mingħand Toulouse.
PAPE GUEYE, MANDELA KEITA u IDRISSA GUEYE – Everton se jfittxu li jżidu lill-internazzjonali tas-Senegal u Villarreal, Pape Gueye, 27 sena, jew lill-midfielder Belġjan ta’ Parma, Mandela Keita, 24 sena, jekk il-midfielder Senegaliż tagħhom, Idrissa Gueye, 36 sena, ma jiffirmax estensjoni tal-kuntratt.
PAOLO MALDINI – Il-leġġendarju, Paolo Maldini, inħatar direttur sportiv tat-team nazzjonali Taljan hekk kif qed isir ristrutturar tal-Federazione Italiana Guoco Calcio.




