Wednesday, December 25, 2024

“L-industrija finanzjarja għandu jkollha rwol ambjentali”

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli

Aqra wkoll

F’konferenza li kienet organizzata minn Times of Malta u PKF Malta, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli tkellmet dwar l-importanza li l-industrija finanzjarja wkoll tkun parti mill-mixja sabiex pajjiżna jilħaq il-miri tiegħu biex ikollna ekonomija li ma tħammiġx sal-2050. Dan billi l-istess industrija tmexxi l-investiment privat lejn wieħed aktar sostenibbli.

Il-Ministru Dalli qalet li fl-aħħar snin rajna kumpaniji Maltin jinvestu f’sorsi ta’ enerġija aktar nodfa u kriterji oħra tal-ESG li qed jagħtu qligħ aħjar lill-azzjonisti tagħhom. “Dan qed iseħħ hekk kif inkomplu nwasslu appoġġ u għajnuna finanzjarja għan-nefqa kapitali meħtieġa għal investimenti bħal dawn li fl-aħħar mill-aħħar se jirriżultaw fi tnaqqis konsistenti fl-ispejjeż tal-operat tal-kumpaniji tagħna.”

Il-Ministru Dalli żiedet tgħid: “nemmen ukoll li l-industrija finanzjarja għandha rwol ewlieni x’taqdi f’dan kollu billi hemm xejn inqas minn 24 biljun ewro depożitati fil-banek. Irridu nappoġġjaw lill-investituri Maltin biex jidderieġu din l-opportunità lejn impriżi kummerċjali aktar ekoloġiċi milli dawk konvenzjonali.

F’dan il-kuntest ninsab entużjasta li nara l-impenn dejjem jiżdied ta’ ħafna kumpaniji Maltin lejn din it-tranżizzjoni.”

Il-Ministru Dalli temmet tgħid li dan il-Gvern se jkompli jgħin lill-intrapriżi u l-industriji sabiex ikunu aktar sostenibbli filwaqt li jsaħħu l-kompetittività tagħhom.

Ekonomija

Sport