Saturday, May 4, 2024

L-Ingilterra timponi l-ewwel sanzjonijiet sa minn żmien Brexit

Aqra wkoll

L-Ingilterra ħabbret ilbieraħ li poġġiet għexieren ta’ persuni fuq blacklist minħabba abbużi li għamlu, bħal qtil u persekuzzjonijiet ta’ refuġjati. Dawn jinkludu nies mir-Russja, mill-Arabja Sawdija u anke mill-Myanmar. 

Dawn huma l-ewwel sanzjonijiet li l-Ingilterra qiegħda timponi sa minn mindu telqet mill-Unjoni Ewropea f’Jannar. Dan il-pass mistenni jpoġġi lill-pajjiż f’dehra bħala wieħed li jiddefendi d-drittijiet tal-bniedem. 

Fost is-47 persuna li huma pprojbiti milli jivvaġġaw lejn ir-Renju Unit u li jkollhom l-assi ffriżati fl-Ingilterra huma Russi akkużati bl-involviment fil-qtil tal-avukat Russu Sergei Magnitsky, u Sawdi akkużati fl-assassinju tal-opinjonista Jamal Khashoggi. Il-lista ma tinkludi ebda uffiċjali Ċiniżi. 

Filwaqt li l-blacklisting mhix mistennija tbiddel xejn fil-ħajja ta’ dawk li ssemmew, peress li ħafna minnhom diġà huma blacklisted ukoll fl-Istati Uniti, min-naħa l-oħra dawn is-sanzjonijiet huma arma li l-Ingilterra tista’ tuża fil-futur fuq uffiċjali Ċiniżi li huma involuti fit-twaqqif tad-dimostrazzjonijiet f’Hong Kong jew inkella l-ħtif ta’ Uighur. 

Sport